Filmat: “Il-Maltin l-iżjed li jieħdu pjaċir bl-umoriżmu” – Joe Demicoli

Għal ħafna snin, l-Għanafest kien strumentali biex jagħti ċans lin-nies jesperjenzaw il-mużika, l-ikel, l-artiġjanat u ħiliet li huma f’riskju li jintilfu fid-dinja moderna tagħna.

Newsbook.com.mt iltaqqa’ ma’ numru ta’ parteċipanti li spjegaw x’ha jagħmlu eżattament matul dan il-festival annwali. Apparti l-mużika l-Għanafest 2019 ser jinkludi wkoll stejjer bid-djalett, logħob tradizzjonali għat-tfal, ikel, artiġjanat u ħafna iktar.

F’dan il-filmat, niltaqgħu ma’ Joe u Martina Demicoli li se jitkellmu dwar id-diversi djaletti Maltin.

L-Għanafest, li huwa organizzat minn Festivals Malta, se jsir fil-Ġonna tal-Argotti fil-Furjana fil-21 u t-22 ta’ Ġunju. Il-biljetti huma disponibbli minn www.kultura.mt u ħa jkunu għal bejgħ mal-bieb ukoll.

Filmat: Malcolm Agius

Intervista: Coryse Borg

Muntaġġ: Sarah Salafia