Filmat: Il-Maltin iżommu d-dar nadifa?

Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Sibtek se naraw diversi personalitajiet jiddiskutu dwar id-dar tal-Maltin speċjalment minħabba li dan l-aħħar id-dar kienet strumentali għal kull wieħed u wahda minna.

Il-Maltin kemm iħobbu d-dar? Iħobbu jarmaw darhom? U jżommu id-dar nadifa? 

Fost il-personalitajiet hemm Eleanor Cassar, Debbie Scerri u Etienne Schembri. Se jkollna wkoll l-awtur Gerard James Borg jitkellem dwar proġett partikolari li għandu f’moħħu u qatt ma tkellem dwaru fil-pubbliku. 

Wayne Aquilina u Agnes Pandolfino se jżewwqu l-programm b’ħafna daħk u umoriżmu ukoll. 

Agnes Pandolfino

Se naraw ukoll kif kantant lokali ħareġ kanzunetta partikolari dwar waqt iż-żmien tal-Covid li laħqet il-quċċata ta’ ħafna charts lokali u barrannin!

Se nsegwu ħafna spettaklu minn kantanti lokali u ser jkun hemm ukoll sorpriża ħelwa f’dan Sibtek. 

Sibtek tal-lum se jkun wiehed emozzjonali, divertenti u mimli spettaklu