Filmat: Il-Maltin f’paniku; jonqsu l-ħobż u l-ilma mis-supermarkets

Aġġornat 01:45 PM

Wara li tħabbar l-ewwel każ konfermat tal-coronavirus fi Sqallija llum, il-paniku fost il-Maltin żdied li l-virus wasal Malta. Dan il-paniku wassal biex l-ixkafef tas-supermarkets żvujtaw, hekk kif ħafna nies qegħdin jagħmlu xirja kbira f’każ li Malta tinħakem mill-coronavirus u jispiċċaw kwarantina.

Il-prodotti li dehru li naqsu l-iżjed mill-ixkafef huma l-ilma, l-għaġin, il-ħobż, il-larinġ, il-pizza, l-insalata u t-tonn taż-żejt.

Fi ftit minuti oħra se ssir konferenza stampa mis-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika fuq il-virus. Ftit tas-sigħat ilu, il-Gvern ħabbar li m’hawn l-ebda każ tal-coronavirus f’Malta.

Dr Martin Balzan, il-President tal-Medical Association of Malta, qal lil Newsbook.com.mt li lbieraħ waslu żewġ passiġġiera minn fuq titjira minn Bergamo li kellhom id-deni. Huma qegħdin jinżammu għall-osservazzjoni.