Filmat: “Il-Maltin bravi, miti, akkoljenti” – Il-Papa Franġisku

Read in English.

Il-Papa Franġisku kellu kliem sabiħ x’jgħid fuq il-Maltin illum waqt indirizz lill-udjenza fil-Vatikan.

Fis-Sala Pawlu VI illum inqrat silta mill-Bibbja dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta fis-sena 60 W.K. Inqara kliem San Pawl meta qal li l-Maltin laqgħuh f’darhom.

Id-diskors tal-Papa kien iddedikat għal riflessjonijiet dwar in-nawfraġju ta’ San Pawl. “Ma i Maltese sono bravi, sono miti, sono accoglienti”, qal il-Papa Franġisku. Huwa żied jgħid li f’Malta m’hawnx lifgħat u l-poplu Malti huwa poplu tajjeb ħafna.

“Non ci sono viperi a Malta. E se la benedizione di Dio all’accoglienza di questo popolo tanto buono.”