Filmat: “Il-Malta Fashion Week se tasal lura ikbar u aħjar” – Adrian J Mizzi

Il-pandemija tal-Covid-19 waqqfet ħafna affarijiet u avvenimenti iżda ma waqfitx l-inizjattiva ta’ 12-il disinjatur tal-moda kif ukoll xi mudelli biex jeiħdu sehem f’dan il-filmat fejn il-ħwejjeġ ġew ispirati minn dak li aħna qed ngħaddu minnu.

Il-kreattività kif tistgħu taraw hi fl-aqwa tagħha u Adrian J Mizzi, producer eżekuttiv u fundatur tal-Malta Fashion Week jidher li diġà għandu viżjoni għal dak li se jkun qed jiġri għax fi kliemu stess, “il-Malta Fashion Wekk se tasal lura ikbar u aħjar minn qatt qabel”, filwaqt li jħeġġeġ biex in-nies ikomplu jagħtu appoġġ lill-industrija tal-moda ta’ pajjiżna.

Il-filmat inħadem minn Motion Blur.