Filmat: “Il-laqgħa tiegħi ma’ Ġesù fejn hi qiegħda?”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-attur u preżentatur Daniel Chircop.

Il-qari tal-ġurnata

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom. Il-bibien kienu magħluqa, imma Ġesù daħal, qagħad f’nofshom, u qalilhom: “Il-paċi magħkom”! Imbagħad qal lil Tumas: “Newwel sebgħek ’l hawn u ara jdejja, u ġib idek u qegħidha fuq ġenbi: qis li ma tonqosx fik il-fidi, iżda emmen”. Wieġbu Tumas u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi”! Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni! Henjin dawk li ma rawx u emmnu”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.