Andrea Bocelli se jkun qed jingħaqad mal-Orkestra tat-Teatru Carlo Felice ta’ Ġenova, taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Steven Mercurio, għall-35 Kunċert tal-Milied f’Assisi, li se jsir, bħas-soltu, fil-Bażilika ta’ San Franġisk t’Assissi u li se jixxandar fuq Rai 1 wara l-messaġġ “Urbi et Orbi” ta’ Papa Franġisku.
Għal dan il-kunċert naraw jipparteċipaw fost l-oħrajn, il-vjolinista Anastasiya Petryshak u s-sopran Clara Babier Serrano.
Il-kunċert, li ġie rrekordjat il-ġimgħa l-oħra, mistenni jixxandar għall-ħabta ta’ 12.20pm.