Filmat: Il-kunċert ta’ Voices għal Ottubru li ġej

Il-kunċert ta’ Voices, li jsir kull sentejn għall-karità, se jsir bejn l-1 u l-5 t’Ottubru, kif ukoll bejn it-8 u t-12 t’Ottubru.  
Waqt waħda mill-provi, li saret fil-jiem li għaddew, Voices stiednu lill-Arċisqof Pawlu Cremona biex jiċċelebra l-quddiesa.
L-Arċisqof irrikonoxxa s-sagrifiċċju li qed jagħmlu l-koristi biex iħejju għall-kunċert. Faħħar il-fatt li dawn il-persuni qed jużaw id-don tagħhom għall-ġid tal-oħrajn.
Il-kor ta’ Voices fih 200 membru ta’ etajiet differenti.
Maria Vella-Galea u Justin Zammit tkellmu ma’ Newsbook.com.mt dwar l-esperjenza tagħhom ma’ Voices.
Nota: Il-kant waqt il-quddies ma setax jiġi jinstema’ fil-filmat fuq talba tal-organizzaturi ta’ Voices.

Filmat: Reel8 Productions
Ritratt: Samuel Meilak