Filmat: Il-kunċert ta’ Red Electrick illejla fuq it-TV

Wara li xxandar fil-Jum tal-Milied, il-kunċert Tragic Optimistic – 360° tal-grupp Red Electrick se jerġa’ jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon One fil-ħin tat-8.30pm.

Dan kien it-tielet kunċert annwali tal-grupp, kunċert li kellu attendenza numeruża. Il-kunċert kien jinkludi wkoll palk li jdur 360 grad. Din kienet l-ewwel darba li ntuża palk hekk f’kunċert lokali.

L-album Tragic Optimistic fih 13-il silta u jinkludi s-siltiet popolari Right Here, G.O.R.G.E.O.U.S, New Day u Dive In.

Tragic Optimistic issibuh kemm bħala CD kif ukoll bħala Vinyl u ssibuh fil-ħwienet kollha ta’ Browns bħala parti minn kollaborazzjoni bl-isem Come Alive. Il-qliegħ mill-bejgħ flimkien ma’ sponsorship minn Browns se jmorru għal tħawwil ta’ siġar b’zona fejn vera hemm bzonn.

Ritratt: Albert Camilleri

Tragic Optimistic huwa kunċert mill-aqwa li żgur se jkun qed jintlaqa’ tajjeb minn dawk li jew attendew il-kunċert meta ttella’ f’Novembru jew saħasnitra minn dawk li forsi diġa segwewh fil-Milied.