Filmat: Il-kreattività ta’ Keziah

Keziah Sciberras għandha sitt snin biss iżda żgur se jirnexxilha tagħmel suċċess.  It-tifla tħobb it-tisjir, l-artiġjanat, tilgħab, it-tħawwil u kull ħaġa li tfisser li biha tieħu gost.

Din l-imħabba ta’ Keziah tittraduċi ruħha f’channel fuq YouTube fejn hija poġġiet serje ta’ vidjows li juru lis-segwaċi tagħha kif jagħmlu l-affarijiet — mit-tkabbir tal-ħaxix sa kif tagħmel id-doughnuts bla glutina u wkoll kif tagħmel logħob b’ħafna kuluri fil-vażetti. Il-vidjos tagħha huma mod kif iżżommha okkupata waqt li tkun barra mill-iskola u d-dar.

Keziah bħalissa hija iżolata peress li wħud mill-membri tal-familja tagħha huma kklassifikati bħala vulnerabbli.

Hija għandha wkoll paġna fuq Facebook imsejħa Keziah’s Makes & Dos.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn