Filmat: Il-Kor Nazzjonali Malti tat-tfal dalgħodu f’Disneyland

Wara li lbieraħ taw l-ewwel wirja tagħhom f’Disneyland, f’Pariġi, il-Kor Nazzjonali Malti tat-Tfal dalgħodu se jkun qiegħed jagħti żewġ wirjiet oħra waqt l-ispettaklu Let’s Sing Christmas.

Il-wirjiet ta’ dalgħodu se jkunu qed isiiru f’11.40am u fis-12.40pm. Il-wirjet se jkunu qed jitwasslu live fuq il-paġna Facebook ta’ Malta National Children’s Choir.

Hawnhekk tistgħu taraw il-kor Nazzjonali Malti tat-tfal waqt wirja li taw ilbieraħ is-Sibt.

We are Live at Disneyland Paris! Join us again today at 12:45, followed by 2 performances tomorrow at 11:40 and 12:45! ❤️

Posted by Malta National Children's Choir on Saturday, December 28, 2019

Prosit tassew lil dawk kollha li ħadmu fuq din l-inizjattiva biex dawn it-tfal ikollhom din l-esperjenza tassew maġika f’dan il-post fantastiku f’dawn il-ġranet sbieħ tal-Milied.

Nawgurawlhom li ‘l quddiem ikollhom aktar opportunijiet spettakolari bħal dawn!