Wara li fil-bidu tal-pandemija tal-Covid-19 kienet ħareġ il-kanzunetta Aħseb Ftit, il-kantant Nedved Galea ħareġ kanzunetta oħra, din id-darba waħda oriġinali bl-Ingliż bl-isem ta’ Echoes.
“Din hi kanzunetta ta’ mħabba li titratta l-konesgwenzi ta’ deċiżjonili wieħed jieħu meta jispiċċa minn relazzjoni u jinduna li jkun ħa żball,” spjegalna Nedved dwar din il-kanzunetta b’lirika ta’ Joe Julian Farrugia u mużika ta’ Andrew Zammit.
Nedved għandu 18-il sena u joqgħod f’Birżebbuġa. Ilu jistudja l-kant għal dawn l-aħħar sitt snin. Bħalissa jattendi l-MCast fejn qed jiħarreg fil-Media Studies.
Bħala kantant, Nedved ħa sehem f’numru ta’ festivals f’Malta u anke f’pajjiżi bħall-Iżvizzera, il-Maċedonja u l-Bulgarija.
Is-sena l-oħra il-kantant żagħżugħ ħa sehem ukoll fil-festival L-Għanja tal-Poplu, filwaqt li sentejn ilu rajnieh fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza.
Riċentament lil Nedved rajnieh ukoll fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta fejn irnexxielu jasal sas-6 Chair Challenge.