Filmat: “Il-konklużjonijiet tal-Ministri tal-Finanzi tal-UE jinkludu l-emendi ta’ Malta”

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-konklużjonijiet tal-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea jirriflettu l-emendi ta’ Malta.
Il-Ministru Scicluna qal dan wara laqgħa tal-Ministri Ewropej fi Brussell. Malta kienet l-unika pajjiż li kienet qed tipproponi l-inklużjoni ta’ ħidma komuni iżda flessibli fil-konklużjonijiet tal-Kunsill.
L-Irlanda u Ċipru tħallew ukoll jagħmlu emendi għal dawn il-konklużjonijiet fejn il-kompetenza se tibqa’ tal-pajjiżi membru u mhux tal-Unjoni Ewropea.
Fl-aħħar ta’ din il-laqgħa il-Ministru Scicluna qal li kien “sodisfatt immens” li Malta irnexxiela tilħaq kompromess u jinsab grat lejn il-Presidenza.
Ilbieraħ il-Ministru attenda wkoll għall-laqgħa tal-grupp taż-żona Ewro fejn ġie diskuss l-implimentazzjoni ta’ programm ekonomiku għall-Greċja.
Għal dawn il-laqgħat il-Ministru kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur għall-Unjoni Ewropea Marlene Bonnici.