Filmat: Il-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Oratorju fil-Belt Valletta jerġa’ jiftaħ

Read in English.

Il-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Oratorju fil-Belt Valletta, Malta ser jerġa jiftaħ minn għada l-Erbgħa 15 ta’ Lulju 2020. Skont il-linji gwida tad-‘distanzi soċjali’ maħruġa mill-awtoritajiet, kull viżitatur huwa obbligat li jilbes maskra/viżer fil-Konkatidral, waqt li fl-entratura tittieħed it-temperatura. L-istaff u l-amministrazzjoni se japplikaw ukoll il-miżuri ta’ distanza soċjali u ta’ sigurtà rakommandati għal spazji pubbliċi.

Ħinijiet tal-Ftuħ Mill-15 ta’ Lulju, il-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Oratorju se jkunu miftuħa mill-10.30 am sas-2.30 pm (l-aħħar entratura fis-2.00 pm), minbarra l-Ħdud u l-Festi pubbliċi.

Tista’ ssib l-informazzjoni kollha li tixtieq tkun taf minn qabel iż-żjara tiegħek fil-Konkatidral ta’ San Ġwann billi tagħfas hawn: https://www.stjohnscocathedral.com/visitor-information/

Jekk għandek iktar mistoqsijiet rigward il-ftuħ mill-ġdid tal-Konkatidral, jekk jogħoġbok ikkuntattja l-uffiċju tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann: +356 2122 0536

Din l-informazzjoni twasslet mill-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann.