Filmat: Il-Knisja ta’ San Gejtanu ssir arċipretali fil-ġimgħa tal-festa

Il-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun ġiet iddikjarata arċipretali u matriċi fil-ġimgħa tal-festa.

Dan iddikjarah l-Arċisqof Charles Scicluna waqt quddiesa li qaddes ilbieraħ fl-Ewwel Jum tat-Tridu. L-ewwel Arċipriet huwa Dun Walter Cauchi.

In-nies preżenti ferħu b’din l-aħbar, u l-paġna tal-Knisja fuq Facebook xerrdet taqbila li turi s-sodisfazzjon tal-parruċċani, li qalu li dan hu frott ta’ kemm stinkaw missirijiethom.

https://www.facebook.com/parroccasangejtanu/photos/a.522833441133346/2401191203297551/?type=3&__xts__%5B0%5D=68.ARAzID3AldG8CBZ4iR6P6mjC5ywE9rI0YJnXGkKSReiHGbc87VpRkwraubT6YKEavrrEGtS80LILIreHvavO3MweLzFZIoftOnZoan7puckJaP1-llv6gdHWHiX2wFGVrJdWlm9hPeC0KfSnCPUFazaVucqgXbBKZI3ax2UodTPwe3GOyome2e4GzIgf_toGBITHfvKq5opYak2J1gFOTv69SmVtwV8-HQq73jhOYwDzPLCD8iwGHgHNVgxQ5WIt9UtsuCT2QwE-GNcw01d7Htlo78-tzvEZ5IhzaZfjjijMu6ugIKJcrmdbaSKpaPspUbxm6ig6kIs05CDZMxHvEVgodw&__xts__%5B1%5D=68.ARCtoBSTyr8FnBpRQLB4uAP47V6VDwlSw96cjAJqCth3XSAyUEJqHljZn6OVY7c5VEzG4zobdpAbvKmCd-ur8qs1roT9c6uvHKeREJ7u3tLtmQc0wHmFnM6tdMVwfeXTflHEwfzn6zz6cu-sq0gnyOQoD3zs_ym5AYGOKtmwPPby1okXOXwCqJzAyUXkPIpNgAUzkQLAlNlF8MlEyLFf0GZqseugpMMVJQWqkP2a1R2eytG22U8ui4buNPMh2e1tV2sflSSSdIbdcQHNDIvluAK6DbEUeFuzqBKic_cZDl66Lw9lnWjJCocWownqf5Vd5ejcCHlTDG4QgYI5y6AvA5an4g&__tn__=-R

Il-Parroċċa Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun stess ferħet lill-Knisja ta’ San Gejtanu għal din l-aħbar. L-istess għamlet il-Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini Ħamrun.

Quddiesa Solenni tal-Festa Liturgika ta' San Gejtanu u l-Ewwel Jum tat-Tridu, mmexija mill-Arcisqof Metropolitan ta' Malta, Mons. Charles J. Scicluna.

Posted by Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta' San Gejtanu Ħamrun on Wednesday, August 7, 2019