Ritratti u filmat: “Il-Knisja għad għandha bżonn iż-żgħażagħ”- L-Arċisqof Cremona

Wara sajf mimli esperjenzi differenti ta' volontarjat, l-Arċisqof Pawlu Cremona, flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ, laqqa' ż-żgħażagħ Maltin li kellhom l-opportunita' jagħtu sehemhom fil-ħidma ta' din l-għalqa.

Numru ta' żgħażagħ minn diversi għaqdiet qasmu l-esperjenza tagħhom dwar il-missjoni partikolari li marru jagħmlu.

Fosthom kien hemm min għamel volontarjat fl-Albanija, Firenze u l-Etjopja, kif ukoll kien hemm min mar il-Brażil għaċ-ċelebrazzjoni tal-Jum Dinji taż-Żagħżagħ flimkien mal-Papa Franġisku.

Għal darb’oħra, l-Arċisqof Pawlu Cremona appella liż-żgħażagħ biex jiftakru li l-Knisja għad għandha bżonnhom ħafna. Ħeġġiġhom ukoll biex ixerrdu u jaqsmu ma’ sħabhom l-ispirtu sabiħ tal-volontarjat. 

L-Arċisqof għalaq il-messaġġ tiegħu tiegħu bi kliem Papa Franġisku, jiġifieri biex iż-żgħażagħ insara ma jibżgħux jitkellmu dwar Ġesù.

Il-laqgħa saret fil-Kappella tad-Duluri f'Tal-Pietà u kienet animata mill-grupp Youth Fellowship.

 

Ritratti: Photocity Valletta