Filmat: Il-kitarrist ta’ 5 Seconds of Summer jinħaraq waqt kunċert

Il-pop band Awtraljana 5 Seconds of Summer temmew malajr kunċert li kienu qed jagħmlu f’Londra wara li l-kitarrist Michael Clifford inħaraq bil-logħob tan-nar li kien hemm fuq il-palk.
Il-kitarrist tella’ fuq Twitter ritratt tiegħu, b’nofs wiċċu nfaxxat wara l-inċident f’Wembly Arena.
Mill-filmati jidher li l-kitarrist prova jgħaddi minn bejn il-logħob pirotekniku meta xagħru jidher jintlaqat min-nar u immedjatament jieqaf idoqq u jidħol ‘il ġewwa tal-palk.
Kien id-drummer tal-band Ashton Irwin li ħabbar lill-udjenza, li kienet indunat bl-inċident, li Clifford weġġa’ u mhux se jkompli l-kunċert. Serrħilhom rashom li ma kellu xejn gravi.