Aġġornata: Filmat: Il-KE tbassar li r-ritmu tat-tkabbir mistenni jonqos; Il-Gvern jilqa’ r-rapport

Read in English.

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta iżda mistenni jnaqqas ftit mir-ritmu mgħaġġel. Ir-rapport sab li l-inflazzjoni mistennija tikber ftit filwaqt li s-surplus mistenni jonqos.

AQRA: Is-surplus f’Malta se jibda jonqos; ekonomija b’saħħitha – KE

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-rapport dwar it-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa 2019, li fih ikkonkluda li t-tkabbir ikompli b’pass aktar moderat.

AQRA: Il-Gvern jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tirrapporta s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika ta’ Għawdex

Fir-rapport dwar Malta, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-ekonomija ta’ Malta marret aħjar milli kien mistenni fl-2018. Semmiet kif it-tkabbir ekonomiku kiber fit-tieni nofs tas-sena wara ammonti rekord ta’ konsum privat li kiber b’7.3% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

AQRA: Il-Kummissjoni tbassar l-ogħla rata ta’ tkabbir u żieda fl-inflazzjoni

Ir-rapport jgħid li minkejja t-tnaqqis ta’ investiment f’termini reali matul 2018, matul 2019 l-investment mistenni jerġa’ jiżdied b’iktar investiment f’2020. Bħala eżempju l-Kummissjoni Ewropea semmiet proġetti ta’ kostruzzjoni li mhumiex għal skop residenzjali li huma ppjanati għas-saħħa, it-trasport u t-turiżmu.

Il-qgħad mistenni jibqa’ taħt l-4%

Ir-rapport josserva li rata tal-attività f’Malta qed tilħaqq il-medja Ewropea u mistennija tonqos hekk kif it-tkabbir ekonomiku jnaqqas ir-ritmu tiegħu. Iżda r-rata ta’ qgħad f’Malta mistenni jibqa’ taħt 4%. Ir-rapport juri li l-ammont ta’ ħaddiema barranin għen iżżomm il-paga stabili filwaqt li mistenni l-paga mistenniha tiżdied b’1.2% fl-2020.

It-Tbassir Ekonomiku għar-Rebbiegħa juri li l-Prodott Domestiku Gross mistenni jkun 5.5% fl-2019 filwaqt li dan jinżel għal 4.8% fl-2020.

European Commission

‘Konferma li l-ekonomija se tkun l-aktar ekonomija li qed tikber fl-UE’ 

Fi stqarrija l-Gvern qal li b’dan l-aħħar rapport, il-Kummissjoni Ewropea qed tikkonferma mill-ġdid li l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar ekonomija li se tkun qed tikber fl-Unjoni Ewropea filwaqt li pajjiżi oħra mhux se jkunu miexjin bl-istess ritmu.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li r-rapport ifisser li dak li qed isir flimkien qed iwassal biex Malta tirnexxi bħala pajjiż. Kompla jgħid li l-Gvern se jibqa’ jieħu deċiżjonijiet neċessarji biex it-tkabbir ekonomiku jibqa’ jiġi sostnut. Temm jgħid li l-Gvern se jkompli jara li l-ġid jibqa’ jasal għand kulħadd.

Muscat saħaq li r-rapport kompli jagħti l-kuraġġ lill-Gvern biex ikompli jaħdem għal Malta biex tkun aktar suċċess.

“Rapport totalment differenti mill-2013” – PL

PL

Min-naħa tiegħu, il-Partit Laburista qal li dan it-tbassir jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kienet għamlet il-Kummissjoni dwar Malta fl-2013. Fi stqarrija, il-PL qal li t-titlu tar-rapport fuq Malta dakinhar kien, Malta: Subdued investment holds back growth. Dwar dan tkellmu s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri, il-kandidat tal-Parlament Ewropew f’isem il-PL James Grech u s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa.  Schembri nnota kif sitt snin ilu, ir-rapport tal-Kummissjoni ma kienx jitkellem fuq konsum privat li kiber b’7% u fuq investiment li se jikber b’10%.