Filmat: Il-Kardinal Cantalamessa b’serje ta’ prietki matul l-avvent

Kull nhar ta’ Ġimgħa matul l-Avvent il-Kardinal Raniero Cantalamessa se jkun qiegħed jagħmel serje ta’ prietki relatati ma’ dan iż-żmien.

Il-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru il-Kardinal Cantalamessa għamel l-ewwel prietka tiegħu fl-Awla Pawlu VI, fid-9.00am. Preżenti kien hemm il-Papa Franġisku, il-Kurja Rumana, saċerdoti u sorijiet.

Is-suġġett li tkellem dwaru fl-ewwel prietka tiegħu kien, “Aħna mortali”. Matul il-prietka il-Kardina Canatalamessa qal li hija ħaġa żgura li wieħed jitwieled biex imut u ħadd ma jieħu xejn miegħu ħlief dak li wieħed ikun għamel tajjeb matul ħajtu.

Żied li l-aħjar tħejjija għall-mewt hija dik li għamel Ġesù, fl-aħħar ċena u l-aħjar mod biex wieħed imut u jmur fl-imħabba ta’ Alla huwa billi jieħu sehem fl-ewkaristija.