Filmat: Il-karba ta’ niket ta’ tfal abbord bastiment tal-MOAS

Twissija: Il-filmat juri salvataġġ ta’ immigranti mill-baħar fosthom tentattivi li ma jirnexxewx biex tiġi salvata l-ħajja ta’ tliet itfal.
L-istazzjon televiżiv Ingliż Sky News xandar filmat li nġibed abbord il-bastiment tal-Migrant Offshore Aid Station il-MOAS li huwa bbażat f’Malta.
Il-filmat huwa wieħed drammatiku li juri ħidma ta’ salvataġġ matul il-lejl, fosthom tentattiv li jfalli biex tiġi salvata l-ħajja ta’ tliet itfal.
F’din il-ħidma, 3 itfal tilfu ħajjithom meta ttellgħu mill-baħar wara li ma rnexxewx it-tentattivi biex tiġi salvata ħajjithom billi kien ilhom fil-baħar.
Il-membri tal-MOAS jidhru jimmassaġġjaw qalb tifel ta’ sentejn, li iżda ma jsalvax flimkien ma tifla ta’ 4 snin u tifel ieħor ta’ sentejn.
Il-filmat juri l-kadavri ta’ diversi immigranti jittellgħu mill-baħar wara li d-dgħajsa tagħhom inqalbet fil-baħar iffriżat fi triqithom mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi.
Tiġi salvata mara b’7 xhur tqala.
Dawk li salvaw qalu li d-dgħajsa li kienu fuqha, kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 20 sena li fil-filmat jidher jiddendel ma’ saqqu fil-baħar.
Ammetta li ma kellu l-ebda esperjenza ta’ kif isuq dgħajsa u malli wasal fuq l-art ġie arrestat mill-ewwel fuq akkużi kriminali.
Filmat: SkyNews
Ritratti: Jason Florio – MOAS