Filmat: Il-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar jingħaqad mal-kampanja #sportforlife

Il-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar Fr Josef Pace ingħaqad ukoll mal-kampanja #sportforlife – lets beat obesity together li qed issir biex tgħin fil-ġlieda tal-obeżità f’pajjiżna.

“Kont naf li Fr Pace imur il-gym kuljum u avviċinajtu u aċċetta li jkun parteċipi f’din il-kampanja li se tibqa’ sejra anke wara l-festival,” qalilna Robert Cutajar, kelliem tal-isport għall-Oppożizzjoni u chairperson tal-kumitat responsabbli miż-żewġ festivals tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza li se jittellgħu għada l-Ġimgħa u s-Sibt f’xandira diretta fuq l-istazzjon Net mit-8.30pm ‘il quddiem.

Robert Cutajar u Fr Josef Pace

Għal waqt il-festival b’kollox hemm total ta’ 40 kartolina bis-sehem ta’ atleti minn dixxiplini differenti sportivi. Il-kartolini bil-messaġġi tagħhom se jinqasmu 20 fis-serata tal-Ġimgħa 18 ta’ Settembru tal-finali tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior u 20 oħra fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza – Kbar.

L-atleti se narawhom abbinati mal-kantanti bla distinzjoni. Se nkunu qed narawhom kollha lebsin l-istess stil ta’ t-shirt bil-kitba identika.