Filmat: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu arrestat waqt protesta kontra l-elezzjoni

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu, Alexei Navalny ġie arrestat f’Moska wara li ħa sehem fi protesta favur bojkott tal-elezzjoni presidenzjali.
Kien hu stess li fuq Twitter ħabbar li ġie arrestat u żied jgħid li “dan ma jfisser xejn” waqt li ħeġġeġ lid-dimostranti biex ikomplu jipprotestaw u jsemmgħu leħinhom fit-toroq tar-Russja.
Aktar kmieni, il-pulizija daħlu fl-uffiċini tiegħu f’Moska u kkonfiskaw xi apparat.
L-elezzjoni presidenzjali tat-18 ta' Marzu mistenni tintrebaħ mill-President attwali Vladimur Putin.
Navalny, li jitkellem fil-miftuħ kontra l-President Russu Vladmir Russu, ma tħallix jieħu sehem fl-elezzjoni.
Qed idur filmat li juri lill-istess Kap tal-Oppożizzjoni jinxteħet fl-art u jiġi arrestat.
Fuq l-istess Tweet, huwa kiteb: “l-arrest ta’ wieħed minnha mhux se tinħass jekk ikun hemm ħafna minnha. Xi ħadd se jiġi u jeħodli posti.”
Minn tal-inqas 180 persuna ġew arrestati minn kemm ilhom li bdew il-protesti.
 

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=y9PuqV_ctdE]