Filmat: Il-Kap tal-FKNK mhux se joħroġ għall-kaċċa b’solidarjetà mal-kaċċaturi li ma jistgħux

Read in English.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) Lino Farrugia qal li mhuwiex ħiereġ għall-kaċċa, minkejja li jista’, bħala ġest ta’ solidarjetà mal-membri tal-FKNK li ma jistgħux minħabba l-miżuri l-ġodda.

Il-membri tal-FKNK li mhumiex permessi joħorġu għall-kaċċa peress li għandhom iżjed minn 65 sena jew jitqiesu vulnerabbli huma iżjed minn 1,500.

L-FKNK nediet fond għall-coronavirus biex eventwalment tingħata lill-awtoritajiet. Il-kaċċaturi u l-familji tagħhom huma mħeġġa jgħinu lin-negozji li kellhom jagħlqu, fosthom bdiewa u bejjiegħa tal-ħaxix.

https://www.facebook.com/watch/?v=467626177299449

Farrugia appella lill-kaċċaturi biex isegwu l-miżuri. Huwa qal li li kieku ma nqalgħetx il-pandemija, il-Gvern kien ikollu iżjed ċans jara l-proposti biex jiftaħ il-kaċċa għall-gamiem. Huwa rringrazzja lill-Ministru Clint Camilleri u lill-Prim Ministru Robert Abela talli ħadu d-deċiżjoni biex jiftħu l-istaġun tal-kaċċa.