Filmat: Il-kantanta bil-vuċi anġelika

Layla Pulis ta’ 10 snin mill-Belt wasslet l-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta Shallow ta’ Lady Gaga mill-film A Star Is Born.

L-interpretazzjoni tagħha ntgħoġbot minn Ray, Maxine u Sarah. Il-vuċi tagħha ġiet deskritta bħala waħda anġelika.

Howard però qal li jinsab bejn ħaltejn imma jixtieq jisma’ kanzunetta aktar addattata d-darba li jmiss u b’hekk huwa ta l-approvazzjoni tiegħu għar-raba’ iva u b’hekk Layla se tkun qed tikkompeti fil-fażi li jmiss ta’ Malta’s Got Talent.

Jekk ma rajtx din il-wirja, tista’ ssegwieha minn hawn: