Filmat: Il-ħidma tal-Pulizija fl-aħħar 3 ijiem fi 3 minuti

F’filmat ta’ tliet minuti, il-Pulizija ta’ Malta xandret uħud mill-mumenti f'dawn it-tliet ijiem taċ-CHOGM fejn il-Pulizija kienu qed jagħtu s-servizz waqt il-laqgħat u ċ-ċerimonji uffiċjali.
Fil-filmat jidhru uħud mill-aktar mumenti memorabli kif ukoll mumenti li fihom il-Pulizija kellha tagħmel ħiltha biex taqdi l-irwol tagħha u tagħti servizz f’kull eventwalità.
Il-ħidma tal-Pulizija kienet iffukata biex tassigura li l-preparamenti taċ-CHOGM jimxu kif previst fl-istess waqt li tassigura s-sigurtà tad-dinjitarji li kienu preżenti f’Malta matul dawn il-jiem.
Fuq Facebook kienu ħafna dawk il-Maltin li rringrazzjaw lill-forzi tal-ordni f’pajjiżna li kienu qed jaħdmu f’temp ħażin biex jaċċertaw is-sigurtà ta’ kulħadd.
Filmat ieħor ippublikat mill-FAM, juri t-taħriġ u l-preparazzjonijiet li ħadu sehem fihom is-suldati Maltin qabel il-laqgħa tac-CHOGM.