Filmat: Il-ħames ġurnata ta’ rewwixti f’Barċellona

Għall-ħames ġurnata infila mijiet ta’ persuni pprotestaw fiċ-ċentru ta’ Barċellona billi għalqu t-toroq b’barrikati u tefgħu ġebel lill-Pulizija. Il-protesti qed isiru mill-mexxejja separatisti li jridu r-reġjun ta’ Katalunja indipendenti mill-kumplament ta’ Spanja. Din kienet il-ħames ġurnata ta’ protesti vjolenti mis-separatisti wara li l-Qorti Suprema ordnat sentenza ta’ ħabs għall-mexxejja ta’ Katalunja.

Il-vjolenza intensifikat mal-ġurnata wara li filgħodu saret dimostrazzjoni aktar paċifika fit-toroq ta’ Barċellona li attirat aktar minn nofs miljun persuna.

Hekk kif beda dieħel il-lejl, żgħażagħ armati u bil-maskli poġġew barrikati viċin il-kwartieri tal-Pulizija, qabbdu n-nar lit-tankijiet taż-żibel u tefgħu ġebel u fliexken lejn lejn il-Pulizija li kienu armati b’tagħmir protettiv tar-rewwixti.

Aktar kmieni filgħodu, il-Katidral Sagrada Familia ngħalaq filwaqt li l-partita futbol bejn Barcelona u Real Madrid ġiet posposta fil-ħames jum tal-istrajk f’Barċellona.

AQRA: Jingħalaq is-Sagrada Familia u l-El Clasico pospost

Filmat: Twitter