​Filmat: Il-ħalbiet tax-xita mistennija jippersistu sat-Tnejn li ġej

Wara li l-lejl li għadda kien iddominat minn xita, beraq u sajjetti, jidher li t-temp għall-ġurnata tas-Sibt se jibqa’ msaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati għall-ewwel, li jistgħu jkunu bir-ragħad.
Fl-istess waqt it-temperaturi se jibqgħu pjuttost sħan tant li l-ogħla se tlaħħaq it-28 grad celsius.
L-Uffiċju Meteroloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassar li x-xita se tibqa’ tippersisti sa nhar it-Tnejn li ġej.
Mit-Tlieta ‘l quddiem imbagħad it-temp jibqa’ msaħħab mingħajr xita.
It-temperaturi matul il-ġurnata se jibqgħu ivarjaw bejn is-27 u t-28 grad celsius.

Filmat: Jesmar Baldacchino