Filmat: Il-Gżira tieħu dehra Libjana

Michael Bay, id-Direttur tal-Film ‘The Tempest’, li bħalissa qed jinġibed fil-gżejjer Maltin, qed joħloq l-atmosfera li kien hemm f’Bengażi meta nqatel ambaxxatur Amerikan Christopher Stevens.
Il-film għadu qed jinġibed, imma minn filmat li kiseb Newsbook.com.mt, jidher li Michael Bay qed jagħmel biċċa xogħol tajba.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, id-Direttur ta' Transformers diġa’ werwer numru ta’ nies bil-vetturi armati li dehru fit-toroq Maltin.
Ilbieraħ, dawk li joqgħodu lejn in-naħat tal-Gżira, ukoll kellhom jesperjenzaw kommossjoni mhux tas-soltu.
Il-filmat juri karozzi li kważi jmissu ma’ xulxin qabel jieqfu f’daqqa.
L-istorja wara The Tempest tiffoka fuq il-mewt tal-Ambaxxatur Amerikan waqt li kien Bengażi.
Il-ġbid tal-film qed isir f’Malta u l-Marokk.

Filmat: Ryan Bugeja