Filmat: Il-Gvern nesa lill-front liners u lil dawk bla xogħol – Delia

L-ewwel reazzjoni għall-pjan ekonomiku ppreżentat mill-Gvern

L-ewwel reazzjoni għall-pjan ekonomiku ppreżentat mill-Gvern. 🇲🇹

Posted by Adrian Delia on Monday, June 8, 2020

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-pakkett ekonomiku li żvela l-Gvern illejla, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Gvern nesa lill-front-liners u lil dawk li tilfu x-xogħol tagħhom.

Fuq NET TV, Delia qal li huwa sodisfatt li l-Gvern implimenta miżuri li pproponihom il-PN. Però stqarr li jinsab iddispjaċut li dawn waslu nofs triq.

Delia kkritika lill-Gvern talli raħħas il-kontijiet tad-dawl għan-negozji imma mhux għall-familji.

Il-Kap Nazzjonalista qal ukoll li kien qed jistenna proposti dwar kif Malta se tikkompeti kontra pajjiżi oħra biex tattira t-turisti.

Delia qal li l-Gvern qed jinsa lill-11,000 persuna li huma bla xogħol. Kompla jgħid li kien ta’ insult li l-Gvern ma ħariġx inċentivi għall-ħaddiema tas-saħħa.


Dr Delia żied jgħid li dan il-baġit qed jalloka €900 miljun meta l-industrija tat-turiżmu waħedha tikkontribwixxi għal €3 biljun. “Dan ifisser li sa minn tal-inqas Settembru, l-ekonomija Maltija se tibqa’ taħt l-ilma u l-Gvern m’għamel xejn biex jistimula l-ekonomija u jinħoloq il-ġid”, kompla jgħid Delia.