Filmat: Il-Gvern għandu jagħti l-miljuni lill-Knisja

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-Gvern għandu jagħti l-miljuni lill-Knisja għall-proprjetà li ġiet esproprjata “għall-ġid komuni”.
Fil-programm Dissett, l-Arċisqof qal li l-espropjazzjoni tal-art saret tul l-aħħar tletin sena minn gvernijiet differenti.
Mons. Scicluna qal li filwaqt li hemm min tħallas wara tliet ġimgħat mill-Gvern jixtieq li l-Knisja titħallas wara 30 sena.
Spjega li l-Knisja se tuża dawn il-flus għall-ħidma soċjali tagħha ta’ kuljum.
Spjega li ma hemmx kontestazzjonijiet dwar il-flus imma l-Gvern għadu ma sabx fondi disponibbli biex iħallas.
Iddeskriva r-relazzjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja bħala tajbin u kordjali.
Qal li fil-laqgħat li jkollu kemm mal-Ministri kif ukoll mal-Prim Ministru hemm il-kuraġġ li jitkellmu bejniethom b’mod ċar u b’onestà.
Filmat: PBS