Filmat: Il-ġurnata tipika ta’ bosta personalitajiet

Sibtek li jmiss mimli personalitajiet maltin u ser titbissem ZGUR. Viva Malta 🇲🇹🇲🇹🇲🇹#staysafe #watchsibtek #togetherwecan #sibtek #sibtek11 #Nieħduħsiebxulxin

Posted by Sibtek on Monday, May 25, 2020

Ikompli il-vjaġġ ta’ Sibtek illum fis-12.45pm fuq TVM hekk kif se jitwasslu bosta esperjenzi li għaddew minnhom diversi personalitajiet bħal Alfred Zammit, Clint Bajada, Kevin Borg, Fabian Scerri De Carlo u ħafna aktar.

Ryan jintervista wkoll il-kantanta veterana Doreen Galea li se titkellem fuq dak kollu li jagħmilha kuntenta. Niltaqgħu wkoll ma’ wħud mit-tfal ta’ nies li jidhru fuq it-televiżjoni li illum il-ġurnata baqgħu isegwu ‘l-passi tal-ġenituri tagħhom.

Sibtek illum se jlaqqagħna mal-mara tal-barbier Antonio Camilleri li se daħħalna fid-dar tagħhom u se nsiru nafu ħafna aspetti tal-familja tagħhom. L-istess se tagħmel Antoinette, omm Pawla.

Apparti d-djar tal-personalitajiet li bħalissa qed iqattgħu l-maġġoranza tal-ħin fihom se nsegwu kif tkun ġurnata tipika ta’ għadd ta’ personalitajiet li se jkunu segwiti bil-kameras tal-produzzjoni.

Sibtek jitmexxa minn Ryan Borg u Josmar.