Filmat: Il-grotta ta’ Lourdes mgħaddsa fl-ilma


Partijiet minn Lourdes, inkluż il-grotta, ġew evakwati wara li maltempati kbar ikkawżaw għargħar f’madwar 13-il żona madwar Franza.

Ammont kbir ta’ ilma ħareġ mill-ixmara Gave li faret kawża tax-xita qawwija.

Madanakollu jidher li ħadd ma spiċċa vittma ta’ dan il-maltemp.

Isqfijiet qalu fi tweets li l-grotta ta’ Lourdes spiċċat mgħerrqa u li l-Quddiesa internazzjonali fil-bażilika taħt l-art ġiet ikkanċellata. Ħeġġeġ lil kulħadd sabiex jitolbu għall-persuni li kienu jinsabu għal pellegrinaġġ f’Lourdes.

Min-naħa l-oħra l-organizzaturi tat-Tour de France se jkollhom jibdlu xi rotot fl-aħħar minuta minħabba li l-għargħar farrak bosta mit-toroq fil-punent tal-Pyrénées li kienu se jintużaw għat-tlielaq skedati għall-aħħar ta’ Lulju.