Filmat: Il-gowl ta’ Ronaldo li ħalla ħafna bla kliem

Għalkemm dan kien il-118-il gowl ta’ Cristiano Ronaldo fiċ-Champions League, il-gowl tal-bieraħ żgur li se jkun wieħed mill-aktar li se jiġi mfakkar. 
Il-gowl, li sar permezz ta’ ‘overhead kick’ ħalla bla kliem lil dawk li kienu qegħdin isegwu, fosthom partitarji tal-Juventus, li qamu bilwieqfa għal standing ovation. 
Il-plejer Cristiano Ronaldo stess qal li dak kien “probabbilment l-aqwa” gowl tal-karriera tiegħu.
Huwa qal ukoll li kien ilu biex jagħmel mossa bħal dik, iżda dan dejjem jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-logħba. “Illum ippruvajtha u rnexxieli”. 
Ronaldo huwa ispirazzjoni ta’ ħafna, kemm għax huwa fost l-aqwa plejers fid-dinja bħalissa, iżda anke għax hu fost l-aktar plejers dedikati, b'taħriġ iebes ħafna u dieta mill-aktar stretta.
Ritratt: Reuters