​Filmat: Il-ġmiel tarah b’qalbek mhux b’għajnejk – L-Isqof Grech

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=-yU7G1gsNrA?rel=0]

L-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech qal li wieħed jara l-ġmiel permezz ta’ qalbu u mhux bl-għajnejn.
F’messaġġ għar-Randan ta’ din is-sena, Mons. Grech qal li meta wieħed iżur ġnien ikun jista’ jitpaxxa bil-ġmiel tal-fjuri. Qal li wħud ikunu sbieħ filwaqt li oħrajn jistgħu jkunu mqaċċta minħabba riħ jew inkella jitħassru. Madanakollu, skont Mons. Grech ma jfissirx li l-fjuri mħassra m'għandhomx il-potenzjal li jarmu l-ġmiel.
Skont l-Isqof il-ġmiel ma jinvolvix biss l-apparenza imma jgħodd ukoll dak li jkun hemm fil-fond tal-qalb. Żied jgħid li fil-bnedmin il-ġmiel huwa dak li jkun hemm fil-moħħ, ġmiel li wieħed jiskoprih permezz tal-qalb u mhux bl-għajnejn.
Fil-messaġġ tiegħu, Mons. Grech qal li Alla huwa kapaċi jara l-ġmiel kullimkien, saħansitra fil-ħmieġ, fil-kruha, u fid-dnub.
Huwa qal li ż-żmien tar-Randan huwa żmien tajjeb biex wieħed iħalli lill-Mulej iserraħ l-għajnejn tiegħu fuq il-bniedem u jgħinu joħroġ il-ġmiel inferjuri tiegħu fil-beraħ. 
Filmat: Joe Grech