Filmat: Il-ġesti u l-kliem ta’ Ġesù waqt l-Aħħar Ċena

Hekk kif illum il-Knisja tiċċelebra Ħamis ix-Xirka permezz tat-tifkira tal-Aħħar Ċena, id-Djoċesi ta’ Għawdex ippubblikat filmat qasir li juru l-ġesti u l-kliem ta’ Ġesù waqt l-Aħħar Ċena.

Fr Joseph Bajada jħeġġeġ lill-pubbliku biex ifakkar din l-ikla tal-Għid permezz ta’ ikla fid-djar tagħna. Huwa jispjega li Ġesú flimkien mal-Appostli ħejjew l-ikla bi struttura Lhudija iżda llum niċċelebrawha bil-verżjoni Kristjana.

Huwa jispjega li f’dan iż-żmien ta’ pandemija fejn ninsabu lkoll miġbura fi djarna, niskopru kemm dak li qed ngħixu bħalissa ma jistax ma jfakkarniex kif twieled l-Għid.

F’din l-ikla jitwieldu t-tqarbin, is-saċerdozju Kattoliku, il-quddiesa. Saħansitra l-Velja tal-Għid għandha l-oriġni tagħha f’din l-ikla. Hija okkażjoni biex il-familja tħejji ikla flimkien, tikkonsma ikla flimkien, titlob flimkien u tifraħ u tidħak flimkien.

Il-filmat ittieħed fiċ-Ċentru Pastorali Ragħaj it-Tajjeb, Taċ-Ċawla bil-permess ta’ Fr Eddie Zammit bil-kollaborazzjoni tas-seminarista Fabio Cini u ta’ Fr Dominic M. Sultana

Ir-riżorsi kollha, ħlief it-tisjir u l-ikel proprju, jinsabu hawn: