Filmat: “Il-Fun Run opportunità biex ma nħarsu lejn kulur ħadd” – mart il-President

Read in English.

Il-President George Vella u martu Miriam tkellmu fuq kif il-Fun Run għandha l-għan li tgħaqqad, li l-poplu kollu, hu ta’ liem partit hu, jingħaqad bl-għan li jinġabru l-flus għal dawk fil-bżonn.

Waqt intervista li kellhom fuq Newsbook.com.mt nhar il-Ħamis li għadda, il-President u martu tkellmu dwar l-importanza tal-għaqda f’avveniment bħal dan. Il-President stqarr li beża’ li jkun hemm xi sabutaġġ, anke bħalma kien hemm ħafna nies li oġġezzjonaw li ssir l-Istrina f’Diċembru li għadda minħabba l-kriżi politika fil-pajjiż.

L-aħħar appell tal-President kien biex kulħadd jinġabar għal din il-ġirja, jew mixja, għax “Meta tingħaqad, tagħti s-saħħa lilek innifsek, tgħolli s-self-esteem tiegħek u tagħti kuraġġ lil min imexxi.”

Il-Fun Run se ssir għada fl-10am. Ġie rrakkomandat li dakinhar tal-Fun Run jintuża t-trasport pubbliku. Kull min ikun liebes it-T-shirt tal-Fun Run se jkun jista’ jivvjaġġa bla ħlas nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar.