Filmat: Il-Fun Run għal nhar il-Ħadd

Ftit jiem biss qabel l-edizzjoni li jmiss tal-Fun Run, Norma Saliba titkellem ma’ Frederick Zammit dwar l-importanza li dawk li huma interessati li jipparteċipaw, ma jħallux għall-aħħar biex jirreġistraw.

Fl-intervista li tistgħu ssegwu fuq din il-paġna, Norma Saliba titkellem dwar il-ħidma tal-Malta Community Chest Fund Foundation kif ukolll tagħti dettalji dwar il-postijiet li wieħed jista’ jmur fihom f’dawn l-aħħar tlett ijiem li fadal biex jirreġistra.