Filmat: “Il-ftehim ta’ Brexit mhux se jerġa’ jiġi nnegozjat”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker insista li l-ftehim ta’ Brexit mhux se jerġa’ jiġi negozjat mill-ġdid.

Junker kien qed jitkellem waqt il-plenarja fil-Parlament Ewropew. Huwa saħaq li l-ftehim li hemm bħalissa huwa “l-aqwa u l-unika ftehim possibli” hekk kif ir-Renju Unit mistenni jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu.

Il-Parlament Ewropew iddiskuta Brexit ġurnata wara li l-Parlament Ingliż ħa numru ta’ voti fuq il-pjan alternattiv tal-Prim Ministru Theresa May għall-ftehim ta’ Brexit.

Juncker wissa’ li l-vot li ttieħed fil-Parlament Ingliż jista’ joħloq lok għall-ħruġ disorganizzat mill-Unjoni, filwaqt li saħaq li l-Unjoni Ewropea trid tħejji ruħha għall-agħar.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qal li filwaqt il-Parlament Ingliż deher kontra ħafna affarijiet iżda għadu mhux ċar xi jrid.

Juncker sostna li filwaqt se jibqa’ f’kuntatt mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea tibqa’ waħda ċara.

Tkellem ukoll in-negozjatur ewlieni ta’ Brexit Michael Barnier.