Filmat: Il-friefet fl-istonku ma nistax naħbihom – Fr Brian Gialanze

Illejla, Fr Brian Gialanzè, flimkien ma’ sitt djakni oħra, se jiġi ordnat saċerdot mill-Arċisqof Pawlu Cremona waqt quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.
Ma’ Newsbook.com.mt, Fr Brian mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa jistqarr li ma jistax jaħbi l-friefet li qed iħoss fl-istonku, b’referenza għall-okkażjoni speċjali tal-lejla.
Akkumpanjat minn ommu, Fr Brian qed iħejji l-aħħar affarijiet qabel illejla, meta se jagħmel dan il-pass importanti ħafna f’ħajtu, wara sitt snin ta’ tħejjija fis-Seminarju tal-Arċisqof.

Filmat: Reel8 Productions Ltd.