Filmat: Il-Forżi Armati ta’ Malta bi spettaklu fl-Iskozja

Filmat li ttella' fuq Facebook juri spettaklu ta' grupp ta' żeffiena Maltin flimkien mal-banda tal-Forzi Armati ta' Malta.
Din il-wirja saret f'Edinburgh, fl-Iskozja. 
F'April li għadda, il-FAM għamlu sejħa għal tmien żeffiena biex jakkumpanjaw il-banda fl-Edinburgh Military Tattoo.
Waqt li l-banda tal-FAM kienet qed iddoqq, iż-żeffiena għamlu forma tas-salib ta' Malta kif ukoll il-George Cross.

Filmat: Ceri Rees-Powell