Filmat: Il-Fondazzjoni U tiġbor aktar minn €280,000 għall-missjoni

Il-Fondazzjoni U rnexxielha tiġbor €281,913 waqt il-Maratona Missjoni li saret ilbieraħ.

Dawn il-flus se jmorru kollha għall-missjoni f’pajjiżi, bħall-Indja, it-Tanżanija, il-Kenja u l-Filippini, fost oħrajn.

Waqt il-maratona ħadu sehem diversi kantanti u gruppi lokali.
Il-Fondazzjoni U rringrazzjat lill-pubbliku kollu Malti tal-ġenerożità dejjiema tiegħu.