Filmat: Meta bejn l-imħabba u l-vokazzjoni tidħol il-mewt

Għax Jien Inħobbok

Illejla fit-8.30pm l-istazzjon One se jkun qed ixandar il-film Għax Jien Inħobbok li jitratta l-istorja ta’ tlett adoloxxenti li jkunu jgħixu f’istitut. Ir-relazzjoni ta’ bejniethom kibret għal waħda ta’ kważi aħwa. 

Biż-żmien dawn iż-żgħażagħ kellhom jinfirdu wara li Fredrick ġie adottat, Mark jitlaq jistudja barra, filwaqt li Marta baqgħet tgħix fl-istitut. Jgħaddu s-snin u jiġri li dawn it-tlett ħbieb jerġgħu jiltaqgħu iżda din id-darba huma adulti u minn hemm se tibda realtà f’sitwazzjonijiet differenti, differenti minn kif l-aħħar li kienu ltaqgħu. 

Minn hemm Frederick, Mark u Marta jibdew jgħixu dik ir-realtà, li se twassalhom sa fejn?

Jieħdu sehem Doriana Portelli, Keith Richards, Duncan Azzopardi, Henry Zammit Cordina, John Peel, Dorian Micallef, Tanya Agius Borg, Aiken Buhargiar, Jamie Cardona, Martina Tabone, Wayne Sammut fost oħrajn.

FL-AĦĦAR … Proġett li dam ħafna biex ħareġ mill-kexxun tiegħi biex jieħu l-ħajja. Dam ukoll biex naqsmu man-nies, pero fl-aħħar wasal il-mument li din l-ewwel kitba tiegħi tieħu l-ħajja fuq it-televizjoni. 𝐆Ħ𝐀𝐗 𝐉𝐈𝐄𝐍 𝐈𝐍Ħ𝐎𝐁𝐁𝐎𝐊 huwa film qasir fuq kitba u direzzjoni ta' Tanya Agius Borg, produzzjoni ta' 𝐒𝐄𝐕𝐄𝐍𝟖 𝐂𝐫𝐞𝐚𝐭𝐢𝐯𝐞 𝐓𝐫𝐨𝐮𝐩𝐞, fuq filmati u mutaġġ ta' 𝐄𝐦𝐨𝐭𝐢𝐯𝐞 𝐌𝐞𝐝𝐢𝐚.Storja mill-isbaħ, storja fuq dak il-mument meta bejn imħabba u vokazzjoni, tidħol il-mewt! Grazzi mill-ġdid lil ONE TV tal-fiduċja li qed juri f'dan il-progett. 𝐍𝐡𝐚𝐫 𝐢𝐥-Ħ𝐚𝐝𝐝 𝐥𝐢 ġ𝐞𝐣 𝐟𝐢𝐭-𝟖.𝟑𝟎𝐩𝐦 #seven8creativetroupe #bongu

Posted by Tanya Agius Borg on Tuesday, December 29, 2020

Il-film Għax Jien Inħobbok għandu kitba ta’ Tanya Agius Borg bi produzzjoni ta’ SEVEN8 Creative Troupe.