Filmat: Il-Fiera l-Kbira – l-aħħar ħamest ijiem

Ir-raba edizzjoni tal-Fiera l-Kbira waslet fl-aħħar ħames t’ijiem tagħha. Eluf ta’ familji diġa żaru din il-fiera li sa issa attirat attendenza ta’ ftit aktar minn 100,000 persuna f’kull edizzjoni.
“Il-punt prinċipali huwa li meta tixtri xi oġġett mill-Fiera l-Kbira tkun qed tieħdu prezz tajjeb jew b'xi offerta speċjali u allura wieħed jifffrank l-flus”, qal Paul Abela, wieħed mid-Diretturi tal-Fiera l-Kbira.
“Kull sena ssaħħaħna l-esperjenza tal-Fiera l-Kbira, u l-fatt li min jiġi jaf li mhux se jkollu problemi ta’ parkeġġ ikompli jikkontribwixxi għas-suċċess ta’ din il-Fiera. Il-fatt li hawn aktar minn 220 esebitur huwa garanzija li dak li għandek bżonn tixtri se ssibu hawn żġur, b’xi tip ta' offerta tat-Trade Fair. Din is-sena żidna wkoll il-Fun Park fejn it-tfal għandom xalata ta logħob li jistgħu jilgħabu fuq żona kbira bit turf,” qal Abela.
Il-Fiera l-Kbira qed issir f’Montekristo Estate u tiftaħ bejn is-6pm u 11pm kuljum sa nhar il-Ħadd li ġej. L-organizzaturi qed joffru wkoll shuttle service b’xejn mill-Belt sal-Fiera u lura filwaqt li dawk kollha li jidħlu jistgħu jieħdu rigali u anke jieħdu sehem f’lotteriji li qed isiru kuljum.
Għal aktar informazzjoni tista żżur www.fierakbira.com jew il-paġna uffiċċjali tal-Fiera fuq Facebook – www.facebook.com/fierakbira 
Filmat: Gordon Pace