Filmat: Il-Festa taċ-Ċitru reġgħet magħna

Għaddejjin ġmielhom il-preparament għall-Festa taċ-Ċitru ta’ din is-sena li se ssir nhar il-Ħadd 13 ta’ Jannar mill-10.00 ‘l quddiem fil-Ġonna ta’ Sant’ Anton.

Fil-Palazz ta’ Sant’ Anton, grupp ta’ studenti mill-iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan, għenu lill-ġardinara tal-Palazz billi qatgħu il-frott mis-siġar tal-ġnien taċ-ċitru.

Dan il-frott, flimkien ma’ prodotti magħmulin mill-istess frott fil-kċina tal-Palazz, se jkunu qed jinbiegħu waqt il-Festa taċ-Ċitru, li din is-sena ser issir għal darb’oħra b’risq l-għaqdiet ta’ l-annimali li ser jkunu wkoll preżenti waqt il-Festa taċ-Ċitru.

Għal aktar tagħrif dwar il-Festa taċ-Ċitru u l-MCCFF żuru l-websajt mccf@gov.mt.

Mużika: www.bensound.com