Filmat: Il-ferħ tat-tfal mheżżeż b’terremot

Filmat li qed jixxandar fuq midja Taljana juri l-ħin eżatt li fih seħħ it-terremot f'Ischia u li ħasad il-ħajja ta' żewġ persuni.
Fil-filmat tidher familja qed tilgħab mat-tfal meta f'ħin minnhom kollox jibda jitheżżeż u jqum paniku sħiħ.
It-terremot, li kejjel 4.0 fuq l-Iskala Richter seħħ nhar it-Tlieta li għadda fil-gżira turistika li tinsab viċin Napli
Skont midja Taljana madwar 2,000 persuna kellhom iħallu djarhom minħabba l-ħsarat jew għax dawn iġġrarrfu kompletament.
Il-Kap tal-Protezzjoni Ċivili li qed imexxi l-missjoni ta’ salvataġġ f’Ischia qal li l-kwantità kbira ta’ bini u appartamenti mġarrfa juru li ħafna binjiet qed jinbnew b’materjal tal-qamel.
Is-sena li għaddiet, fl-istess xahar, terremot qawwi kien laqgħet iċ-ċentru tal-Italja u ħalla mijiet ta' persuni mejta. Fix-xhur ta' wara għadd ta' terremoti oħra baqgħu jheżżu l-villaġġi madwar Aquila, ħallew ħerba warajhom u diversi vittmi.