Filmat: Il-favoriti li llejla jirbħu Sanremo

Elodie bil-kanzunetta Andromeda tal-kantant Mahmood, hija l-favorita mal-bookmakers li tirbaħ is-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li se jkun qed jixxandar b’mod dirett mit-teatru Ariston fuq l-istazzjon Rai Uno fid-8.40pm. Il-festival se jkun ippreżentat minn Amadeus u jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ Fiorello u Tiziano Ferro.

It-tieni favorit li jirbaħ Sanremo uwa Francesco Gabbani, li diġà rebaħ dan il-festival fl-2017 u rrappreżenta l-Italja fil-Eurovision bil-kanzunetta Occidentali Karma. Hu qed jieħu sehem fil-festival ta’ Sanremo bi-kanzunetta ViceVersa.

It-tielet favorit mal-bookmakers biex jirbaħ Sanremo huwa Diodato bil-kanzunetta Fai Rumore.

Il-finali ta’ Sanremo se jkun immexxi minn Amadeus mgħejjun minn Tiziano Ferro u Fiorello, kif ukoll se jkollu bħala mistiedna lil Christian De Sica, Diego Abatantuono, Massimo Ghini, Paolo Rossi u Donatella Finocchiaro, il-grupp Gente De Zona u l-kast tal-film Fausto Brizzi.

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Sanremo qed tiġbed udjenzi kbar u filfatt inqabżu d-9 miljun telespettatur li jissarrfu f’madwar 53% tat-telespettaturi li jkunu qed isegu t-televiżjoni.

Il-festival ta’ Sanremo ilu ma jkollu din it-tip ta’ udjenza sa mill-1995.

Il-finali ta’ Sanremo mistennija tibqa’ għaddejja sas-1.30am.