“Il-Covid-19 ħsibtha se tkissirni imma nħoss li għenitni” – Kurt Anthony

Il-kantant Kurt Anthony għadu kemm nieda verżjoni tal-kanzunetta Bruises oriġinarjament mill-artist bravissimu Lewis Capaldi. Kurt irċieva ħafna kliem ta’ tifħir dwar il-prestazzjoni emozzjonanti tal-kanzunetta specjalment fuq il-paġna Instagram. 

Kurt qalilna li din il-kanzunetta għandha sinifikat speċjali għax il-kliem marbutin ħafna ma’ uġiġħ emozzjonali li ħass f’ħajtu tul dawn l-aħħar xhur.

”Din il-kanzunetta ddedikajtha lil ħajti. Minn mindu wasa il-Covid f’Malta ħakmitni ansjetà qawwija minkejja li jien diġà anzjuż minni din in-natura.. Ħsibt li kont se negħreq, dejjem beżgħan li se nimrad u barra minn fuqi mmut!” 

Minkejja dan Kurt kompla jgħid li uża dan iż-żmien ukoll biex jesprimi ruħu iktar fid-dettall mużikalment. Il-verżjoni ta’ Bruises turina dan biċ-ċar.

”Issakkart fil-kamra. Ommi dejjem tgħajjatli biex ninżel. Lanqas niekol mal-mejda flimkien ma’ ħuti u l-ġenituri ma kelli sabar dan l-aħħar. Imma rbaħt sfida psikoloġika u nħoss li kbirt iktar milli tkissirt. Nirringrazzja minn qalbi lill-mużika li f’episodju ieħor kiefer f’ħajti kienet hemm biex issalvani”.