Filmat: Il-coronavirus f’Malta ma jwaqqafhomx milli jiżżewġu

Ian Attard u Danica Ann Vella ma qatgħux qalbhom u baqgħu għaddejin bil-pjan tagħhom li jiżżewġu, minkejja s-sitwazzjoni kurrenti tal-pajjiż minħabba l-coronavirus.

Fr Anton D’Amato għaqqad il-koppja fis-sagrament taż-żwieġ illum wara nofsinhar, fil-knisja tal-Kappuċini fil-Furjana fil-preżenza tal-ġenituri u ħuthom.

Qraba oħra u ħbieb tal-qalb setgħu jsegwuhom minn grupp fuq Facebook fejn iċ-ċerimonja taż-żwieġ ġiet imxandra live. Saret biss ċerimonja mingħajr quddiesa.

Fr Anton inkuraġġihom biex ikunu l-blata ta’ xulxin, filwaqt li rrimarka li huma eżempju ta’ kuraġġ, li anke f’mumenti bħal dawn ma naqtgħux qalbna.

Kif issuġġerit mill-awtoritajiet għas-saħħa bħala mezz ta’ prekawzjoni minħabba l-coronavirus, żammew id-distanzi.

Awguri lil din il-koppja qalbiena.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn