Filmat: “Il-Caritas tgħin lill-persuni jirnexxu” – l-Isqof Galea Curmi

Read in English.

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea qal li l-Caritas qed tagħmel xogħol importanti fis-soċjetà, fosthom biex tgħin lill-persuni jirnexxu f’ħajjithom.

Huwa qal dan meta kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon 103 Malta’s Heart fejn spjega l-missjoni tal-Caritas li fi kliemu sejjħilha bħala “l-id tal-Knisja fejn tidħol id-djakonija u s-servizzi fis-soċjetà”.

L-Isqof Galea Curmi ħeġġeġ lis-semmiegħa biex jagħtu donazzjoni lill-Caritas hekk kif nhar is-Sibt se tiġi organizzata “Il-Maratona ta’ Imħabba bil-qalb kollha” b’risq il-Caritas li se tixxandar fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha.

Spjega li persuna ssib il-milja tal-ħajja meta tagħti mhux meta tiġbed lejha għaliex sostna li permezz ta’ dak li tagħti tkun qed issebbaħ u ttejjeb il-ħajja ta’ ħaddieħor. Qal li x-xogħol tal-Caritas huwa ffukat biex tgħin lil ħaddieħor jirnexxi u mhux li permezz tal-għajnuna jsir dipendenti fuq dik l-għajnuna.

Semma dak li qal Ġesù, “Dak kollu li tagħmlu mal-iżgħar fost dawn ħuti tkunu qed tagħmluh miegħi” għaliex qal li din tiġbor fiha l-missjoni sħiħa tal-Caritas. Qal li apparti s-servizz lill-persuni b’dipendenza fuq id-droga, il-Caritas tgħin lill-anzjani, persuni b’diffikultà fil-familji, lill-vittmi tal-użura u tagħmel ħidma importanti fil-Parroċċi biex tgħin lill-persuni vulnerabbli.

Tul il-programm, l-Isqof sellem lill Monsinjur Victor Grech li għal numru ta’ snin kien imexxi lill-Caritas u għan biex din l-organizzazzjoni tal-Knisja tiżviluppa biex taqdi aħjar il-ħtiġijiet tas-soċjetà