Filmat: “Il-Bundesliga se titkompla, minkejja li b’format differenti” – Thiago Alcântara

In Conversation Thiago Alcântara

Mark Weingard, catches up with FC Bayern München and Spain International Thiago Alcantara, on what life is like in Munich and when they will get back to football life.

Posted by Malta Together on Wednesday, April 15, 2020

Read in English.

Hekk kif permezz ta’ taħriġ virtwali t-tim ta’ Bayern Munich qed iħejji għat-tkomplija tal-Bundesliga, l-istilla internazzjonali Spanjola u ta’ midfielder ċentrali ta’ Bayern Munich Thiago Alcântara ngħaqad ma’ stilel oħra tal-isport fosthom Gary Neville, Ryan Giggs, Jamie Carragher u Maltatogether.com biex jappellaw lill-pubbliku Malti biex jibqa’ d-dar f’dawn il-mumenti diffiċli fl-isforz li jkun ikkontrollat it-tixrid tal-COVID-19.

Bl-għan li l-plejers jibqgħu f’forma fiżika tajba, Bayern u t-tim ta’ kowċis immexxi minn Hansi Flick preparaw reġim ta’ taħriġ virtwali, li skont Thiago Alcântara, f’intervista online mal-fundatur ta’ Malta Together Mark Weingard, issa evolviet f’sessjonijiet ta’ taħriġ fi gruppi żgħar. Thiago qal li għalih kien mument ta’ serħan il-moħħ enormi meta reġa’ lura fil-grawnd u miss il-ballun. Hu jemmen li l-Bundesliga se titkompla kif suppost sal-aħħar tal-istaġun, għalkemm b’formatt differenti, sal-aħħar tax-xahar li ġej.

Thiago tkellem ukoll ma’ Weingard dwar il-fondazzjoni tiegħu li tiffoka fuq it-tfal u li issa fetħet sptarijiet f’Barċellona, Ġirona, Madrid, Vigo u bliet oħra fi Spanja. Min-naħa tagħhom, Baern qed jikkonċentraw l-isforzi tagħhom fuq il-Bavarja, u qed jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jiżguraw li ħadd ma jitlef il-post tax-xogħol tiegħu.

Dwar Malta Together

Malta Together huwa portal onjan li jagħti aċċess lin-nies għal varjetà ta’ servizzi li jistgħu jgħinuhom jadattaw għal dan iż-żmien diffiċli matul il-pandemija tal-coronavirus f’Malta. Dan huwa sit fejn tista’ ssib dak kollu li għandek bżonn matul dan iż-żmien – inkluż informazzjoni dwar helplines, counselling, servizzi onlajn, kif ukoll klassijiet onlajn biex ikun żgurat li kulħadd iżomm ruħu okkupat waqt li qegħdin id-dar. Dan il-portal qed jorganizza wkoll serje ta’ kompetizzjonijiet eċitanti bi premjijiet sbieħ kemm għall-adulti u anke għat-tfal ta’ kull età.